Dar-Mużew Riħ id-Deheb u l-Għar Naturali

20220602_193102

Ġewwa Triq Ġoma wieħed isib Riħ id-Deheb, dar-mużew li apparti l-
kollezzjonijiet li fiha, hija intenzjonata li tintuża għall-avvenimentikulturali. Imsejħa “id-dar tal-artisti u tal-ħassieba”, din id-dar hi mimlija
storja li tmur lura għal żmien il-preistorja.

L-aktar parti antika tad-dar hu l-għar naturali li jinsab taħt id-dar. Iż-
Żebbuġ huwa magħruf għal diversi għerien naturali li ssawwru miljuni

ta’ snin ilu permezz tal-moviment tal-ilma li fforma diversi għerien fil-
blat artab ta’ taħt il-Qawwi ta’ Fuq. L-għar naturali taħt Riħ id-Deheb

hu wieħed mill-għerien li jeżistu fil-parti tal-Ponta ġewwa ż-Żebbuġ. Hu
jaqsam Triq Ġoma u jasal sa taħt diversi djar fil-madwar.

Jista’ jkun li l-għar hu l-istess għar li rrefera għalih l-Isqof Tomás

Gargallo fil-viżta pastorali li għamel f’Għawdex fl-1592. Fiha hu żar il-
knisja ta’ Sant’Indrija, li llum m’għadhiex teżisti u li x’aktarx kienet

tinsab fil-kantuniera bejn Triq Sant’Indrija u Triq Ġoma. Prattikament

din il-knisja kienet tinsab ftit metri ‘l bogħod mill-entrata oriġinali tal-
għar. Gargallo jgħid li lill-knisja sabha bla artal u bla ebda pitturi. L-isqof

kien żar ukoll għar. Skond l-istoriku Horatio C. R. Vella jaħseb li “il-knisja

għadha teżisti f’forma ta’ għar taħt l-art ġewwa Triq Ġoma.” Jidher li l-
għar, parti minn Riħ id-Deheb, inbidillu l-użu tiegħu minħabba li f’xi

żmien inbniet mitħna tal-miexi ġo fih, li partijiet minnha nkluż il-

ħaġriet tat-tħin magħmulin mill-lava għadhom preżenti fl-għar. Parti
oħra antika tad-dar, rreferuta fit-testmenti bħala Il-kamra tal-baqra,

tinsab mibnija sewwasew fuq l-għar. Din il-kamra hija tipika tal-
arkitettura vernakulari lokali, mibnija b’ħitan tal-ġebel tas-sejjieħ u

kantuni tal-franka u msaqqfa bi ħnejjiet u xorok tipiċi.

Lejn il-bidu tas-seklu 20, is-sidien tad-dar kienu Antonio u Carmela

Cini, mill-familja magħrufa bil-laqam bħala Tas-Sempri. Dokumenti fl-
arkivji nazzjonali juru li fl-1926 Cini kien applika mad-Dipartiment tax-
Xogħlijiet biex jibni strutturi fl-ewwel sular tad-dar filwaqt li l-kantini

tagħha kienu diġa jeżistu. Cini kien emigra lejn l-Awstralja u martu
Carmela rabbiet tlett itfal: Anton, Ġużepp u Marija. Din tal-aħħar
iżżewġet lil Ġużepp Cassar u binhom Salvu u martu Ġuża neé Hili – li
żżewġu fl-1974 – bdew joqgħodu ġo fiha fl-istess żmien. Salvu għamel
bidliet kbar fid-dar, fosthom bena s-sala bl-arkati fl-ewwel sular li
tagħti għall-veranda li tagħti għal fuq Triq Ġoma. Wara li Salvu u martu
Ġuża ħallew din id-dinja, id-dar waqgħet f’idejn binhom, l-artist,
edukatur u kollezzjonist Mario Cassar (1975- ).

Bejn l-2015 u l-2020, Cassar beda jbiddel id-dar tal-antenati tiegħu
f’ċentru ta’ riċerka u studju dwar l-arti u l-kultura Maltija. Diversi
studjużi u riċerkaturi fosthom studenti universitarji iżuru d-dar biex
jirriċerkaw fil-kollezzjonijiet tagħha. Fost il-kollezzjonijiet, id-dar fiha
kollezzjoni tal-arti, antikita’, melitensia, affarijiet naturali fosthom

fossili, bizzilla antika, arkivji u materjal etnografiku. Fost l-opri tal-arti
wieħed isib xogħlijiet ta’ x’uħud mill-aqwa artisti Maltin tas-seklu
għoxrin. Cassar beda jibni din il-kollezzjoni sa minn tfulitu meta
missieru Salvu welled fih l-interess għall-antikita’ u l-istorja.

Waqt il-pandemija tal-Covid tal-2020, Mario Cassar organizza l-
kollezzjonijiet tiegħu filwaqt li beda d-dekorazzjoni tal-sala prinċipali

fl-ewwel sular. Il-pittura tas-saqaf, filwaqt li hija ispirata mid-
dekorazzjonijiet tal-isqfa Barokki Maltin, fiha motivi kontemporanji.

Jispikkaw is-simboli u referenzi għall-kultura Pop li jagħmluha biċċa
xogħol oriġinali u universali. Kien f’dan iż-żmien ukoll ingħata l-isem ta’
Riħ id-Deheb lid-dar.

Il-preżentazzjoni tad-dar hija ispirata mill- Vittoriale degli Italiani, id-
dar mimlija antikitajiet tal-poeta Taljan Gabriele d’Annunzio kif ukoll

mill- Casa Azul, id-dar tal-artista Messikana Frida Khalo. Bħal dawn iż-
żewġ artisti, Cassar iħares lejn l-oġġetti b’għajn poetika u l-istejjer li

“jgħidu” jagħmlu minn Riħ id-Deheb dar-mużew unika.

Għall-ewwel darba f’sekli u millenji sħaħ, fl-2023 sar skenn u pjanta

tal-għar bit-teknoloġija magħlufa bħala Digital Theodolite. B’dan l-
iskenn dehret għall-ewwel darba l-binja ta’ Riħ id-Deheb u kif din ġiet

integrata mal-istrutturi naturali tal-għar. L-iskenn juri li f’xi punt meta
kienet qed tiġi mibnija l-kantina bil-ħnejjiet lejn is-seklu 16 jew aktar
tard, kien instab l-għar u jidher li nfetħet daħla għall-għar b’taraġ
imqatta’ fil-blat li kienet tagħti fejn illum tgħaddi Triq Ġoma. Qed jiġi

ppjanat li dan l-għar naturali bi storja kbira jintuża għal produzzjonijiet
teatrali, arti viżiva, mużika u anke għall-attivitajiet gastronomiċi.
Parti minn Riħ id-Deheb, wieħed isib ukoll Gallery 25, gallerija tal-arti
li fiha tiġi esebita l-arti ta’ Mario Cassar u ta’ artisti oħra lokali u
internazzjonali.

Għal kull informazzjoni dwar Riħ id-Deheb wieħed jista’ jikkuntattja lil
Mario u Pauline Cassar fuq (+356) 79566274, e-mail
[email protected] jew isegwi l-kont fuq Instagram
@rih_id_deheb

Riċerka: Mario Cassar

Copyright: Soċjeta’ Banda Santa Marija and Żebbuġ Gozo Local Council

Ritratti ħajr lil: Mario Cassar

Ħajr: Ir-ritratt tal-familja Cini u d-dokument storiku qed jiġu riprodotti grazzi għall-Arkivju ta’ Riħ id-Deheb.

reproduced by courtesy of Riħ id-Deheb Historical House and Natural

Grotto.

Dwar l-awtur tar-riċerka tal-Heritage Trail

Mario Cassar twieled iż-Żebbuġ fl-1975. Huwa artist, edukatur, disinjatur u kollezzjonist. Huwa gradwat fl-istorja tal-arti, fil-Malti u fil-pedagoġija artistika f’livell ta’ Masters ġewwa l-Universita’ ta’ Malta. Ilu jmexxi s-sezzjoni tal-arti viżiva ta’ Sir M. A. Refalo Sixth Form mill-1997, fejn hu lettur. Għallem f’diversi fakultajiet u ċentri tal-Universita’ ta’ Malta, fejn fost l-oħrajn għallem il-filosofija tal-arti, id-disinn kontemporanju u l-apprezzament tal-arti u tal-antikita’. Huwa membru fundatur tas-Soċjeta’ Filarmonika Banda Santa Marija u ex-viċi sindku taż-Żebbuġ. Huwa wkoll il-kuratur tad-dar storika Riħ id-Deheb. Huwa miżżewweġ lil Pauline u għandu żewġt itfal.