Dar Stella Maris

chapel-dar-stella-maris-opt

Sa mill-bini tagħha, Dar Stella Maristas-Soċjeta’ Missjunarja ta’  San Pawl, serviet ta’ post għall-kwiet u ta’ riflessjoni għal  għadd kbir ta’ viżitaturi u pellegrini li żaruha. Oriġinarjament,  id-dar inbniet biex isservi ta’ novizzjat, jiġi post li jipprepara  membri ġodda li jkunu se jingħaqqdu mas-soċjeta’. Dan l-użu  dam għal diversi snin. Wara id-Dar bdiet tilqa’ gruppi u  individwi għal irtiri. Dar Stella Maris, kienet u għadha mfittxija  minn isqfijiet u saċerdoti biex iqattgħu fiha perjodi ta’  riflessjoni u talb. Is-sit fejn inbniet id-dar kien magħżul b’reqqa  mis-Superjur Generali ta’ dak iż-żmien mgħejjun mis-Sur Peter  Darmanin. Dawn it-tnejn kienu strumentali, l-ewwel għall akkwist ta’ l-art mingħand diversi sidien miż-Żebbuġ u  mbagħad biex ħadmu mill-qrib mal-Perit Joseph Dimech li  għamel il-pjanti. Id-dar inbniet mill-imgħallem Vitor Vella u  tbierket mill-Isqof t’Għawdex Mons. Nikol Cauchi fit-30 ta’  Ġunju 1974. L-artar, magħmul mill-alabastru Żebbuġi inħadem fl-2004 minn Ronald Pisani (1951-2023) u ġie imbierek mill Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma. Iż-Żebbuġin mill-ewwel laqgħu lis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San  Pawl, li apparti l-missjoni tagħha ispirata mill-fundatur, Mons.  Ġużeppi DePiro, bdiet ukoll tinvolvi ruħha fil-qadi fil-parroċċa.  F-aħħr tas-Snin Tmenin tas-seklu Għoxrin, in-novizzi u l patrijiet li kienu joqgħodu f’Dar Stella Maris kienu jgħallmu l katekiżmu lit-tfal kuljum, ħafna drabi qabel l-iskola. L-istil  pedagoġigu li kienu jużaw kien wieħed frisk u innovattiv u kien  milqugħ tajjeb ħafna miż-Żebbuġ. Wieħed ma jridx jinsa li r raħal kien għadu wieħed rurali, iżolat u b’identita’ kattolika  qawwija li kien qiegħed jibda jilqa’ ir-riformi tal-Kunċilju  Vatikan II. L-istil frisk tal-M.S.S.P. inzerta f’dan iż-żmien u l ħidma tas-Soċjeta’ kienet strumentali fil-formazzjoni Kattolika  tal-komunita’ taż-Żebbuġ.

Dan il-ministeru kien jinkludi wkoll iċ-ċelebrazzjoni tal quddiesa kemm fil-kappella tad-Dar Stella Maris kif ukoll fil Knisja Parrokkjali tal-Assunta, rwol li għadu għaddej sal-lum. Il preżenza tal-M.S.S.P. fiż-Żebbuġ tant ħalliet impatt fuq il komunita’, li hija ispirat diversi żgħażagħ mir-raħal biex jissieħbu fl-istess Soċjetà. Apparti Fr. Victor Zammit wieħed isib ukoll lil Fr. Frankie Cini u Fr. Louis Mallia li t-tnejn li huma  servew bħala Provinċjali għall-M.S.S.P. filwaqt li l-E.T. Giovanni  Cefai, kien l-ewwel isqof elett miż-Żebbuġ u l-ewwel membru  tas-soċjetà li sar isqof. Cefai jmexxi l-prelatura territorjali ta’  Santiago Apóstol de Huancané fil-Perù.

Dar Stella Maris fiha refettorju, kappella u sagristija, sala tal konferenzi, diversi uffiċċji u guest rooms bl-ensuite u ġnien  kbir. Id-disinn tajjeb ta’ Dar Stella Maris jikkomplimenta dak  tal-iskola primarja li hemm ma’ ġenbha iddisinjata mill-Perit Joseph Huntingford. Stella Maris, bini wkoll ta’ stil modernista,  jirnexxilu jgħaqqad l-użu ta’ materjali tradizzjonali bħall-ġebla  u l-injam lokali mal-użu aktar sperimentali tal-konkos. Il faċċata hija struttura simettrika mżejna b’ħitan rustikati  modernistiċi li tilqgħak b’sett ta’ tliet arkati li jintlaħqu permezz  ta’ taraġ. Mid-dar wieħed jista’ jgawdi veduta mill-aqwa li  tinkludi l-kosta kollha mix-Xwejni sa Marsalforn, Wied l-Infern,  Dabrani u l-Għolja tal-Kuljat, filwaqt li fuq il-lemin għandha  veduti mill-aqwa taċ-Ċittadella u r-Rabat u fil-bogħod il-Fliegu u Malta.

Stella Maris fiha diversi xogħlijiet tal-arti fosthom ta’ Paul  Camilleri Cauchi, Sandrina England, Mario Cassar u MaryRose  Saliba.

Id-direttur attwali tad-dar huwa Fr. Martin Cilia M.S.S.P. Id-dar  tista’ tiġi kkuntattjata fuq (+356) 21551159 email  [email protected].

Referenzi
Riċerka: Mario Cassar
Copyright: Soċjeta’ Banda Santa Marija and Żebbuġ Gozo Local Council
Ritratti ħajr lil: Mario Cassar, Fr. Martin Cilia, Peter Darmanin. The Times of Malta

Dwar l-awtur tar-riċerka tal-Heritage Trail

Mario Cassar twieled iż-Żebbuġ fl-1975. Huwa artist, edukatur, disinjatur u kollezzjonist. Huwa gradwat fl-istorja tal-arti, fil-Malti u fil-pedagoġija artistika f’livell ta’ Masters ġewwa l-Universita’ ta’ Malta. Ilu jmexxi s-sezzjoni tal-arti viżiva ta’ Sir M. A. Refalo Sixth Form mill-1997, fejn hu lettur. Għallem f’diversi fakultajiet u ċentri tal-Universita’ ta’ Malta, fejn fost l-oħrajn għallem il-filosofija tal-arti, id-disinn kontemporanju u l-apprezzament tal-arti u tal-antikita’. Huwa membru fundatur tas-Soċjeta’ Filarmonika Banda Santa Marija u ex-viċi sindku taż-Żebbuġ. Huwa wkoll il-kuratur tad-dar storika Riħ id-Deheb. Huwa miżżewweġ lil Pauline u għandu żewġt itfal.