Il-Bajja ta’ Marsalforn

marsalfornbay

Marsalforn jinsab fil-kosta tal-majjistral ta’ Għawdex u huwa wieħed mill-aktar postijiet frekwentati f’Għawdex. Imdawwar mill-irħula taż- Żebbuġ u tax-Xagħra, flimkien mal-għolja tal-Merżuq iddominata mill- istatwa ikonika tas-Salvatur, Marsalforn tista’ tasal għalih jew bil- karozza jew bit-trasport pubbliku.

L-emblema ta’ Marsalforn tikkonsisti f’serp imdawwar ma’ xabla ġewwa tarka blu mdawra b’bordura tad-deheb. Is-serp u x-xabla huma simboli ta’ San Pawl u jirreferu għall-ġrajja biblika tan-nawfraġju tal- qaddis fuq il-gżira fis-sena 60 W.K.

L-isem Marsalforn huwa magħmul minn żewġ kelmiet ta’ oriġini Għarbija. Marsa tfisser port filwaqt li Forn tfisser forn. Hemm nuqqas ta’ qbil fost l-istoriċi id-derivazzjoni ta’ Forn. Filfatt din il-kelma tista’ tkun korruzzjoni tal-kelma Għarbija lifurna, li tfisser vapur jew għar. Fil-fatt, diversi vjaġġaturi li żaru l-post, fosthom Pierre-Marie-Louis de Boisgelin de Kerdu (1758-1816) jiddeskrivu diversi għerien importanti li żaru f’Marsalforn. Dawn jinkludu Għar Qawla, żona popolari ħafna li pero intilfet minħabba l-qilla ta’ l-erożjoni.

Il-motto ta’ Marsalforn huwa Tranquillitatis plenissimus li jfisser post ta’ serenita’ kbira.

POSTIJIET TA’ INTERESS U ARTI PUBBLIKA F’MARSALFORN

Knisja ta’ San Pawl Nawfragu – Pjazza San Pawl

Mibnija fuq il-post fejn kienu jeżistu diversi knejjes oħra fil-passat, il- knisja ta’ Marsalforn iddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl inbniet fl- 1730. Wieħed jista’ jżur din il-knisja, li ġiet irrestawrata dan l-aħħar, fil-ħinijiet tal-ftuħ. Għal aktar informazzjoni dwar il-knisja wieħed jista’ ġentilment jaċċessja l-QR code taż-Żebbuġ Heritage Trail li jinsab ħdejn il-knisja.

Il-Monument tal-Attakk fuq il-Bajja fit-Tieni Gwerra Dinjija – Triq il- Port

Fit-3 ta’ Marzu 1942 fit-3.15 ta’ wara nofsinhar, żewġ ajruplani Ġermaniżi tat- tip Messershmitt 110 attakkaw erba’ darbiet dgħajsa tas-sajd waqt li kienet erba’ mili ‘l barra minn Marsalforn. Abbord kien hemm tliet sajjieda, Salvu u Anton Grech u Wiġi Vella. L-aħwa Grech weġġgħu gravi waqt l-attakk filwaqt li Wiġi ntlaqat f’sidru. Is-sajjieda ġew skortati lura lejn il-bajja minn xi sajjieda u ngħataw l-ewwel għajnuna fl-għar li llum hemm ir-ristorant Smugglers Cave. Wiġi miet l-għada l-Isptar t’Għawdex u ndifen fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija taż- Żebbuġ, raħal twelidu.

Fl-2019, l-artist Għawdxi Mario Cassar ġie kkummissjonat mill-Kumitat Rappreżentattiv ta’ Marsalforn, kumitat fi ħdan il-Kunsill Lokali taż- Żebbuġ, biex jiddisinja monument biex ifakkar l-attakk. Permezz tal- ġebel tal-qawwi, Cassar ħoloq skultura li tfakkrek fil-kanuni ta’ żmien il-gwerra. Madankollu minflok simbolu ta’ qerda, il-mafkar ta’ Cassar jimmira lejn l-orizzont hekk kif inhu “ikkargat” bis-simbolu tas-salib, simbolu universali kemm tat-tbatija umana kif ukoll tal-fidwa. L- iskultura tfakkrek ukoll f’dgħajsa u l-pożizzjonament tagħha jġegħla tinteraġixxi mal-elementi naturali, l-aktar il-mewġ għoli tax-xitwa kif ukoll ż-żiffa ħelwa tas-sajf.

Il-mafkar, li ġie inawgurat mill-Ministru għal Għawdex ta’ dak iż-żmien, Dr Justyne Caruana, għandu minquxin fuqu d-data tal-attakk, l-isem tal-vittma u l-emblema tal-Kumitat Rappreżentattiv ta’ Marsalforn.

L-Għassa ta’ Marsalforn – Triq il-Menqa

L-għassa tal-pulizija kienet iddisinjata mill-perit kbir Malti Joseph G. Huntingford (1926-1994). Hija binja modernista b’karatteristiċi sempliċi iżda interessanti. Ħasra li l-iskema tal-kulur oriġinali tal-bini nbidlet f’dawn l-aħħar snin.

Il-Wied ta’ Marsalforn – aċċess minn Triq il-Wied

Mixja tul dan il-wied sabiħ matul il-perjodu tax-xitwa hija esperjenza mill-isbaħ qalb il-veġetazzjoni tal-wied. F’dan il-ħabitat tinstab flora u fawna tipika tal-ilma ħelu, fosthom il-qasab u ż-żrinġijiet. Ix-xebbata tidher f’diversi żoni ta’ dan il-wied filwaqt li wieħed isib diversi speċi ta’ siġar bħalma huma l-arżnu, il-ballut u l-luq.

F’Marsalforn wieħed isib ukoll diversi biċċiet ta’ arti pubblika. Dawn jinkludu: – Il-proġett disgħa ta’ Austin Camilleri – żona ta’ Għar Qawqla – Skultura tal-ġebel tal-qawwi ta’ Valerio Schembri – quddiem il-bus stop prinċipali – Skultura taċ-ċeramika ta’ Katrin Formosa – Ġnien tat-Tliet Għoljiet

Matul is-sekli, Marsalfor ispira diversi artisti u fotografi bis-sbuħija tiegħu. Dawn kienu jinkludu lil Edward Lear (1812-1888), l-artist, illustratur, awtur u poeta kbir Ingliż, li żar il-bajja f’Marzu 1866 u li pproduċa akwarelli mill-aqwa ispirati mill-post. Artist ieħor li huwa sinonimu ma’ Marsalforn huwa Pawl Carbonaro (1948 – ) li qabad is- sbuħija ta’ Marsalforn f’diversi xogħlijiet. Fost il-fotografi li ssaħħru b’din il-bajja, wieħed isib lil Daniel Cilia, Ted Attard, Alvin Scicluna u Joseph Zammit.

HARSA STORIKA LEJN MARSALFORN

Marsalforn ilu amministrat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex sa mill-1994 u għal xi żmien kellu wkoll jirrappreżentah Kunsill Amministrattiv. Minkejja din ir-responsabbiltà amministrattiva relattivament riċenti, ir-rabta storika bejn Marsalforn u ż-Żebbuġ hija ħafna eqdem. Ir-rabta soċjo-politika u ekonomika bejn iż-żewġ lokalitajiet laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar tas-seklu 17 meta kuntratt iffirmat mill-Isqof Davide Cocco Palmieri waqqaf il-parroċċa taż- Żebbuġ u inkluda l-punent ta’ Marsalforn fil-konfini tagħha. Dan kien issiġillat mill-Ordni ta’ San Ġwann, li ħakmet Malta bejn l-1530 u l- 1798, bid-donazzjoni ta’ diversi biċċiet ta’ art madwar Għawdex sabiex titwaqqaf il-parroċċa.

Żewġ għoljiet ewlenin, illum mgħottijin bi blokki ta’ appartamenti, kienu jiddominaw lil Marsalforn. Dawn l-għoljiet huma magħrufa bħala Il-Qolla s-Safra u Il-Qolla l-Bajda. Iż-żewġ għoljiet jinsabu fuq ix- xellug ta’ Marsalforn, b’din tal-aħħar tiddomina l-Bajja tax-Xwejni. Qolla hija kelma Maltija li tfisser ġarra tal-fuħħar.

L-ewwel referenza għal Marsalforn insibuha f’atti nutarili tal-1487. Marsalforn jissemma wkoll fiż-żjara pastorali tal-1592 mill-Isqof Tommaso Gargallo. Madankollu, Marsalforn għandu storja li taf tmur lura għal żmien ir-Rumani. Id-diversi oqbra li jinsabu fiż-żona li tinfirex miż-Żebbuġ sal-Qbajjar – li fil-fatt tfisser qabar żgħir – u lejn in-naħa tal-punent tal-għolja tad-Dabrani, huma datati għal żmien ir-Rumani u żmien il-Feniċi.

Minkejja li ħafna drabi nirreferu għal Marsalforn bħala bajja, wieħed jista’ jgħid li l-lokalita’ kienet aktar minn hekk. Fil-fatt, qabel il- port Imġarr sar il-port prinċipali tal-gżira, Marsalforn kien port ewlieni fit- tramuntana ta’ Għawdex.

Marsalforn kellu rabtiet importanti man-nofsinhar ta’ Sqallija speċjalment Licata u portijiet oħra tal-Mediterran. Bħala port, kien jintuża kemm għall-ivvjaġġar tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija bħall-ikel. Fil-kitba tiegħu tas-seklu 18, l-istoriku Għawdxi il-Kan. G. P. Agius de Soldanis jsemmi kunsinja importanti ta’ irħam Taljan għall- knisja parrokkjali taż-Żebbuġ li waslet fir-raħal wara li nħattet fil-kosta fil-qrib. Din l-attività marittima setgħet ħeġġet lill-Ordni ta’ Ġwann tikkunsidra li tibni belt ġdida ġewwa Marsalforn. Il-qawwa militari tal-Ordni kienet tistrieħ ħafna fuq il-flotta b’saħħitha li kellha u permezz tas-sibi kienet tassigura sors kbir ta’ dħul għall-Ordni. Minħabba f’hekk mal-wasla tal- kavallieri f’Malta fl-1530, huma għażlu żoni ħdejn il-port fejn setgħu jgħixu. Dan inkluda l-ewwel il-Birgu u mbagħad l-Belt Valletta. Id- disinni għall-belt fortifikata ġdida f’Marsalforn saru minn Giovanni de` Medici. Fl-1643, il-Granmastru Jean Paul Lascaris Castellar saħansitra żar Għawdex biex jispezzjona l-inħawi. Sfortunatament, il-pjan ma seħħx minħabba reżistenza mill-Għawdxin biex iħallsu taxxa ġdida fuq il-qamħ imkabbar lokalment sabiex biha jiġi ffinanzjat il-proġett. Ma’ dan wieħed iżid l-inkonvenjent li kellhom ir-Rabtin biex iġorru mill- kapitali t’Għawdex għal Marsalforn.

Matul iż-żmien tal-kavallieri, il-bajja ta’ Marsalforn kienet protetta minn sensiela ta’ fortifikazzjonijiet kostali mmirati wkoll biex jiddefendu t-tramuntana ta’ Għawdex mill-attakki Ottomani jew tal- Barbarija. Dawn kienu jinkludu batterija b’żewġ kanuni ħdejn il-knisja ta’ San Pawl, ridotta trijangolari fuq is-sit fejn illum il-monumenta tal- Attakk tat-Tieni Gwerra Gwerra fuq il-Bajja ta’ Marsalforn, ħajt trasversali mifrux mal-bajja kollha, ħajt magħmul minn ġebel kbir taħt il-baħar u l-batterija ta’ Santa Marija armata b’ħames kanuni, ħdejn dik li llum hija Triq Santa Marija. Barra minn hekk tifkira waħdanija tad- difiża militari ta’ Marsalforn tinstab f’għar tas-sajjieda fuq in-naħa tal- punent tal-bajja. Din jikkonsisti fi fdalijiet fougasse, li kien bħal toqba mqaffra fil-blat u li kienet timtela’ b’ġebel żgħir u porvli u sservi bħal kanun. Biha setgħu jiġu attakkati xi iġfna tal-furbani jekk jidħlu fil-bajja.

STORJA MODERNA

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija Marsalforn kien attakkat diversi drabi, inkluż f’Marzu tal-1942 meta l-bajja kienet attakkata minn ajruplani tal-għadu li mmiraw b’mod speċjali fuq dgħajsa tas-sajd u nqatel sajjied minnhom. L-iżvilupp urban qawwija attwali ta’ Marsalforn beda fis-seklu 20 bil- bini ta’ lukandi u blokki ta’ appartamenti. Dan seħħ minħabba x-xewqa ta’ diversi Maltin u Għawdxin għonja li jkollhom dar tas-sajf f’din il- lokalita’. Ma’ dawn wieħed iżid numru ta’ investituri barranin li kellhom domanda kbira għall-proprjetà ħdejn il-bajja.

Il-bini ta’ appartamenti, ristoranti u lukandi moderni kompla matul is- snin tmenin u disgħin u għadu qed iseħħ sa żmienna. Huwa fatt li l- ekonomija ta’ Marsalforn, anke bħalma ġralha l-ekonomija in ġenerali tal-pajjiż, għaddiet minn bidla kbira, fejn minn industrija tas-sajd tradizzjonali u agrikola għaddiet għal waħda aktar kumplessa ddominata mit-turiżmu bħala l-pilastru ewlieni tagħha. F’dan ir- rigward, Marsalforn għadu jissielet biex iżżomm l-identità tiegħu bħala raħal tas-sajjieda. Fil-fatt wieħed għadu jista’ jara ħafna attività tas- sajd fil-bajja, fejn il-luzzijiet kkuluriti għadhom isorġu fil-port ta’ Marsalforn speċjalment fiż-żona tal-Menqa.

Hija ħasra li l-iżvilupp kbir li beda f’Marsalforn għexieren ta’ snin ilu kellu impatt negattiv ħafna fuq il-wirt storiku u l-aspett pittoresk tiegħu. Hafna djar antiki, li ħafna minnhom kienu djar tas-sajf tas- seklu 19 u qabel, ġew imwaqqa’ biex minflokhom jitilqgħu blokki ta’ appartamenti. Dan l-iżvilupp ħalla wkoll effett qawwi fuq id- demografija tal-lokalità.

IT-TURIŻMU F’MARSALFORN

It-tkabbir fit-turiżmu f’Għawdex fisser li f’Marsalforn inbnew diversi lukandi, guesthouses u appartamenti. Filwaqt li t-turiżmu jikkontribwixxi ħafna għall-Prodott Gross Demestiku tal-gżira, huwa ħalla effetti kbar fuq il-karattru tal-lokalita’. Dan jarah l-aktar fid- diversi staġuni fejn matul ix-xhur tax-xitwa meta n-numri tat-turisti ikun relattivament baxx, Marsalforn ikun kwiet. Bil-kuntrarju, fis-sajf, il-lokalita’ tkun ppakkjata bin-nies – kemm lokali kif ukoll barranin – li jqattgħu l-vaganzi tagħhom fiha.

L-GĦAWM

Il-baħar blu ċar ta’ Marsalforn jattira eluf ta’ għawwiema u klijenti tar- ristoranti. Normalment, il-familji bi tfal żgħar jippreferu ż-żona ramlija qrib Il-Menqa għall-għawm. Mill-banda l-oħra, żgħażagħ u għawwiema aktar b’saħħithom jippreferu jgħumu fil-Ponta ta’ Santa Marija u f’Għar Qawqla. Wieħed irid joqgħod attent meta jgħum f’dawn iż-żewġ inħawi minħabba li l-baħar hemmhekk hu fond ħafna. Huwa ssuġġerit li għawwiema b’saħħithom biss jgħumu f’dawn il- postijiet u fil-maltemp wieħed għandu jevita li jgħum hemmhemm minħabba l-periklu.

L-GĦADS

L-għads huwa wieħed mill-passatempi ewlenin ipprattikati f’Għawdex. Marsalforn sar iċ-ċentru ewlieni tal-għads f’Għawdex. F’Marsalforn wieħed isib bosta skejjel tal-iskuba diving.

LUKANDI U RISTORANTI

Marsalforn għandu numru sabiħ ta’ lukandi, guesthouses, appartamenti u B&Bs li jospitaw eluf ta’ turisti matul is-sena. Ħafna minn dawn jinsabu mhux aktar minn ħames minuti mixi mill-bajja ta’ Marsalforn, u oħrajn jinsabu fuq l-għoljiet b’veduti mill-isbaħ tal- baħar. Li tqum f’Marsalforn b’veduta quddiemek ta’ tlugħ ix-xemx hi esperjenza mill-isbaħ.

Marsalforn huwa magħruf ukoll għall-ħafna ristoranti, barijiet, kafetteriji u ġelateriji ma’ ġenb il-baħar. Wieħed isib minn kjosks tal- ikel għal ristoranti tal-familja u dawk li joffru menujiet aktar raffinati. Dawn tal-aħħar kollha joffru frott tal-baħar, li hu magħruf ħafna għalih Marsaforn. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-ristoranti ssibhom madwar il- bajja, ibda minn Triq il-Port u spiċċa saż-żona tal-Menqa.

DIVERTIMENT IEĦOR

Il-Bajja ta’ Marsalforn hija kkaratterizzata mill-kosta pittoreska, bajja żgħira bir-ramel, sisien u l-kampanja tal-madwar. Huwa għalhekk li diversi turisti jipprattikaw diveri attivitajiet fosthom mixjiet u trekking, inkluż fl-għoljiet fil-qrib fosthom l-għolja pittoreska tal-Merżuq, fejn wieħed isib l-istatwa tal-konkos ta’ Kristu Salvatur, ispirata mill- kapulavur ta’ Paul Landowski f’Rio de Janeiro.

Il-lokalita’ ta’ Marsalforn għandha wkoll il-ħwienet u postijiet utli oħra fosthom żona ta’ parkeġġ pjuttost kbira li tinsab fit-tarf tal-Lvant tal- lokalità, ħdejn it-triq li tagħti għax-Xagħra.it-tarf tal-Lvant tal-
lokalità, ħdejn it-triq li tagħti għax-Xagħra.

Ritratti ħajr lil: Ir-ritratti antiki ta’ Marsalforn qed jiġu riprodotti grazzi għall-Arkivju tad-dar-mużew Riħ id-Deheb, iż-Żebbuġ Għawdex

Riċerka: Mario Cassar

Copyright: Soċjeta’ Banda Santa and Żebbuġ Gozo Local Council

Referenzi

Cilia, D., Vella, G., Bezzina, J. (2021). Treasure of Gozo. Malta: Heritage

Malta.

Bezzina J. (1994). Marsalforn: Culture and History. Accessed on

www.zebbuggozo.com

Vella, H.R.C. (2018). Żebbuġ of Gozo – Its People, Inscriptions and

History. Malta: Print It.

Dwar l-awtur tar-riċerka tal-Heritage Trail

Mario Cassar twieled iż-Żebbuġ fl-1975. Huwa artist, edukatur, disinjatur u kollezzjonist. Huwa gradwat fl-istorja tal-arti, fil-Malti u fil-pedagoġija artistika f’livell ta’ Masters ġewwa l-Universita’ ta’ Malta. Ilu jmexxi s-sezzjoni tal-arti viżiva ta’ Sir M. A. Refalo Sixth Form mill-1997, fejn hu lettur. Għallem f’diversi fakultajiet u ċentri tal-Universita’ ta’ Malta, fejn fost l-oħrajn għallem il-filosofija tal-arti, id-disinn kontemporanju u l-apprezzament tal-arti u tal-antikita’. Huwa membru fundatur tas-Soċjeta’ Filarmonika Banda Santa Marija u ex-viċi sindku taż-Żebbuġ. Huwa wkoll il-kuratur tad-dar storika Riħ id-Deheb. Huwa miżżewweġ lil Pauline u għandu żewġt itfal.