Author: admin
-

Il-Batterija tal-Qbajjar
Il-batterija li tinsab fuq il-promontorju bejn il-Qbajjar u x-Xwejni hija l- aħħar waħda minn katina ta’ fortifikazzjonijiet mibnija kmieni fis-seklu tmintax madwar il-bajja ta’ Marsalforn biex jiġi evitat l-inżul tal-furbani fiż-żona. Il-bini ta’ dawn it-torrijiet tal-kosta għamel lil Għawdex aktar sikur, speċjalment minħabba li l-gżira kienet bla difiża, fatt li kkontribwixxa ħafna għall-Assedju ta’ Għawdex…
-

Ras ir-Reqqa u s-Salini tal-Arluġġar
Ras ir-Reqqa huwa wieħed mill-aktar postijiet pittoreski f’Għawdex. Huwa promontorju żgħir għall-ponta u jinsab direttament taħt ir-raħal taż-Żebbug, fil-punent tas-Salini tax-Xwejni. Ras ir-Reqqa huwa sit ta’ Natura 2000 u huwa indikat bħala żona ta’ konservazzjoni speċjali u żona ta’ protezzjoni speċjali. Apparti s-sbuħija naturali, dan il-post huwa wkoll sinonimu ma’ diversi attivitajiet fosthom is-sajd, il-produzzjoni…
-

Il-Bajja tal-Qbajjar u l-Qolla s-Safra
Il-Bajja tal-Qbajjar hija waħda mill-aktar bajjiet pittoreski tal-gżira Għawdxija. Bħala bajja mhix mogħnija b’xi sisien pittoreski li jdawwruha bħal bajjiet oħra fil-gżira. Is-seħer tagħha qiegħed fil-ħarsa li hija toffri fuq l-orizzont u l-baħar mewwieġi blu li jdawwar il-kosta Għawdxija. Ma tlumhomx lil missirijietna li semmew din il-bajja Mewġ il-Baħar. Kien lejn l-aħħar tas-seklu dsatax jekk…
-

Il-Bajja ta’ Marsalforn
Marsalforn jinsab fil-kosta tal-majjistral ta’ Għawdex u huwa wieħed mill-aktar postijiet frekwentati f’Għawdex. Imdawwar mill-irħula taż- Żebbuġ u tax-Xagħra, flimkien mal-għolja tal-Merżuq iddominata mill- istatwa ikonika tas-Salvatur, Marsalforn tista’ tasal għalih jew bil- karozza jew bit-trasport pubbliku. L-emblema ta’ Marsalforn tikkonsisti f’serp imdawwar ma’ xabla ġewwa tarka blu mdawra b’bordura tad-deheb. Is-serp u x-xabla huma…
-

Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, Marsalforn
Il-knisja ta’ Marsalforn hija ddedikata lil San Pawl Nawfragu. Kif imniżżel fl-Atti tal-Appostli, San Pawl kien kien ġie Malta wara li x-xini li kien fuqu inkalja ma’ sikka. Skont tradizzjoni lokali, mbagħad, kien minn Marsalforn li dan il-qaddis imbarka lejn Sqallija fi trieqtu lejn Ruma. Deskrizzjoni Il-knisja minn ġewwa hija tipika tal-arkitettura tas-seklu 18. Mibnija…
-

Dar-Mużew Riħ id-Deheb u l-Għar Naturali
Ġewwa Triq Ġoma wieħed isib Riħ id-Deheb, dar-mużew li apparti l-kollezzjonijiet li fiha, hija intenzjonata li tintuża għall-avvenimentikulturali. Imsejħa “id-dar tal-artisti u tal-ħassieba”, din id-dar hi mimlijastorja li tmur lura għal żmien il-preistorja. L-aktar parti antika tad-dar hu l-għar naturali li jinsab taħt id-dar. Iż-Żebbuġ huwa magħruf għal diversi għerien naturali li ssawwru miljuni ta’…
-

Id-Dar tal-Arċipriet
Id-Dar tal-Arċipriet, storikament magħrufa bħala l-Kanonika hija r-residenza uffiċċjali tal-Arċipriet taż-Żebbuġ. Oriġinarjament id-dar kellha l-ġnien li kien jibda minn tarf Triq Ġoma, bil-faċċata fi Triq il-Knisja u bl-entrata sekondarja fi Triq il-Ponta, illum msemmija Triq Dun Franġisk Vella, li propju kien is-sid ta’ din id-dar. Fil-fatt l-istorja tad-dar hija minsuġa b’mod qawwi mal-istorja tal-parroċċa minħabba…
-

L-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali Żebbuġ
L-istorja politika miktuba t’Għawdex tmur lura għal żmien il-Feniċi u r-Rumani, u matul is-sekli, għajr għal ftit eċċezzjonijiet żgħar, wieħed jista’ jgħid li l-istess storja tal-gżira kienet magħġuna ma’ dik ta’ Malta b’mod intimu ħafna. Huwa interessanti, li l-irħula Għawdxin, minkejja ċ-ċokon tagħhom għandhom imbagħad l-istejjer tagħhom, fatt li juri li anke l-iżgħar postijiet jistgħu…








