Category: Uncategorized @mt
-
Iċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, Wied l-Infern u l-għolja tad-Dabrani
Iċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Sas-snin tletin, id-dfin fiż-Żebbuġ kien isir jew fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija jew fiċ-ċimiterju li kien hemm maġenb il-knisja u li oriġinarjament kien jagħmel mal-kappella ta’ Santa Marija tal-Virtu’. Id-dfin fil-knisja kien ġie projbit fil-bidu tas-seklu 20. Minkejja dan l-idea li jinbena ċimiterju ġdid għar-raħal taż-Żebbuġ ma seħħitx qabel is-snin tletin.…
-
Ix-Xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija
Dan ix-xelter, li jinsab fi Triq iż-Żebbuġ, kien tħaffer fil-blat fiż-żona msejħa t’Abram, ftit metri ‘l bogħod mid-daħla tar-raħal hekk kif tkun ġej mill-belt Victoria, biex iservi ta’ kenn għar-residenti taż-żona waqt l-attakki mill-ajru fit-Tieni Gwerra Dinjija. Minkejja li ż-Żebbuġ innifsu ma kellux postijiet strateġiċi li jiġu attakkati, hu kellu fil-qrib il-fanal ta’ Ġordan li…
-
Il-Każin tal-Banda Santa Marija
Il-Banda Santa Marija/is-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija Malta għandha storja twila ta’ baned mużikali li saħansitra tmur lura għas-seklu dsatax. Ir-rwol tal-baned militari fi żmien l-Ingliżi ispirat lill-komunita` biex iwaqqfu baned u soċjetajiet mużikali fl-ibliet u rħula Maltin. Hekk, il-baned saru parti integrali mill-ħajja soċjali u kulturali fil-gżejjer tagħna. Il-parteċipazzjoni tagħhom fil-festi reliġjużi, inklużi dawk titulari,…
-
Dar Stella Maris
Sa mill-bini tagħha, Dar Stella Maristas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, serviet ta’ post għall-kwiet u ta’ riflessjoni għal għadd kbir ta’ viżitaturi u pellegrini li żaruha. Oriġinarjament, id-dar inbniet biex isservi ta’ novizzjat, jiġi post li jipprepara membri ġodda li jkunu se jingħaqqdu mas-soċjeta’. Dan l-użu dam għal diversi snin. Wara id-Dar bdiet tilqa’ gruppi…
-
Skola Primarja “Mons. Gian Andrea Vella” u l-Mużew tal-Istorja Edukattiva
Hekk kif wieħed jasal l-iskola primarja taż-Żebbuġ minn Triq Sant’Indrija forsi ma jindunax bl-importanza ta’ dan il-bini. Hekk kif tara quddiemek xatba tal-ħadid, ħitan għolja tal-ġebel u dak kollu li hemm fil-madwar, wieħed irid iħares sew ġewwa biex jinduna bl-ispazju majestuż ta’ din l-iskola. Binja fuq stil modernista, b’forma ta’ “U”, l-iskola primarja taż-Żebbuġ hija…
-
Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija
Referenzi bikrija għall-knisja Il-knisja tal-Assunta, fil-forma oriġinali tagħha ta’ kappella, tissemma għall-ewwel darba f’dokument tal-1540 li jgħid li Joanne Peribon, armla ta’ Ġakbu, ħalliet nagħġa lil din il-knisja. Nafu wkoll li din il-knisja sussegwentement ġiet imkabbra fl-1644 wara li ġiet profanata fl-1637. Jidher li hija reġgħet infetħet fl-1667, meta fiha jissemma’ li fiha kien jamministra…
-
In-Niċċa tal-Madonna taċ-Ċiċri
Waħda mill-karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġi Maltin u Għawdxin huma n- niċeċ tat-toroq li jżejnu d-djar. Dawn in-niċeċ huma ġeneralment magħmula mill-ġebla tal-franka. Madankollu ġie li ntużaw materjali oħra bħall-injam u l-ferro battuto. Normalment in-niċeċ ikun fihom statwa jew f’xi każijiet anke pitturi jew xbihat oħra devozzjonali. In- niċeċ tat-toroq normalment ikunu jew fil-kantunieri tad-djar jew fil-…
-
L-Oqbra Puniċi
L-istorja arkeoloġika taż-Żebbuġ għadha fil-biċċa l-kbira tagħha mhix studjata. Hemm diversi referenzi f’diversi pubblikazzjonijiet, li x’uħud minnhom imorru lura għas-seklu 18 li jsemmu sejbiet importanti fiż-Żebbuġ. Dawn jinkludu lil Aguis de Soldanis li jsemmi s-sejba ta’ statwa tal-alabastru li tirrappreżenta lil Dea Flora fiż-żona magħrufa bħala It-Taflija u struttura megalitika fl-istess lokalita’. Imbagħad l-arkeologu magħruf…
-
Il-Bajja tax-Xwejni u l-Qolla l-Bajda
Il-bajja tax-Xwejni hija waħda mill-aktar bajjiet pittoreski f’Għawdex. Dan minħabba l-ġmiel tal-baħar li jdawwarha imma anke minħabba l- formazzjonijiet ġeoloġiċi, jiġifieri l-blat li jifforma strutturi mill-isbaħ. Wieħed isib fost l-oħrajn, is-sisien, li peress li huma tal-franka, ttieklu mill-elementi, l-aktar il-melħ, u permezz ta’ din l-erożjoni fforma blat lixx u ttundjat li huwa partikulari ħafna. L-isem…
-
Is-Salini
Il-kosta li testendi mill-Qbajjar sa Ras ir-Reqqa hija sinonima mal-produzzjoni tal-melħ. Fil-fatt is-salini storiċi, li għadhom jipproduċu l-melħ, jinsabu f’żona ta’ madwar tliet kilometri. Mill-ajru, is-salini jidhru qishom checkboard kbira ta’ forom differenti. Kull salina jew ġiebja – li hi tradizzjonalment imsejħa skandlor – għandhom skopijiet differenti f’dik li hi produzzjoni tal-melħ. Is-salini fix-Xwejni għaddew…